Alex Vella's address:
Ser nitkellem fuq l-inkonsistenza u ingustizzja ta’ l-awtorita tal-ippjanar, il-mepa.
Jiddispjacini inhabbar li ix-xogholijiet reghhu qed jitkomplew fuq is-sit tal-Bahrija minkejja il-protesti tas-socjeta civili, ir-rapport tal-awditur tal-mepa u dik il-famusa ‘messa in scena’ fl-MCC mil-mepa bord presedut mic-chairman Austin Walker. Ghaliex ‘messa in scena’?
Dakinar gie annullat l-ahhar permess tat-2006 u issemmew diversi ragunijiet ghal dan l-annullament, principali fostom li fl-applikazzjoni ma gewx osservati certi direttivi procedurali u giet moghtija informazzjoni mhux korretta, li is-sit fil-wied ma kienx dikjarat id-dislivel li fih.
Forsi ma hix inkonsistenza tal-mepa li jannullaw l-ahhar permess biss, meta anke l-applikazzjonijiet ta’ qablu kellom l-istess dikjarazzjoni falza u nuqqasijiet? Forsi l-awditur tal-mepa ma iddikjarax bic-car li il-permessi kolla kienu irregolari? Insaqsi ghaliex din l-inkonsistenza? Ghaliex ic-chairman insista li issa dahlu fis-sehh il-permessi ta’ qabel?
Oltre dan, il-permess li issa allegatament dahal fis-sehh huwa dak tat 2004. Imma dan talab biss amenda ghal kundizzjoni fil-method statement li hareg mal-permess tat-2002. Illum il-permess tat-2002 skada u ghalih ma giet applikatal-ebda estensjoni.
Fid-dawl ta’ dan kollu, kif-thalla l-izviluppatur ikompli xoghlijiet, qabel hariglu method statement? Lanqas il-kejl li kien japplika ghal-permess annullat ma hu l-istess ? U kif il-fatt tad-dislivell tas-sit gie injorat meta dan igorr mieghu implikazzjonijiet kbar ta’tnehhija u garr illegali ta’ ammont kbir ta’ tafal? Mela sewwa iddikjara l-izviluppatur li “jaghmel li jrid fuq l-art ghax tieghu.” U morru araw ix-xoghol inkontrllabbli ta’ tharbit kbir u insensittiv fuq areas mhux inkluzi fl-applikazzjoni li qed isir suppost taht sorveljanza tal-enforcement officers tal-mepa. Ftakru meta tmorru li l-permess originali kien “to reconstruct the existing structures with very minor alterations to facilitate use.” Setghet id-dikjarazzjoni tkun aktar falza min hekk?
Dawn il-fatti gew mibghuta lic-chairman tal-mepa il-bierah biex jaghti spjegazzjoni u jimponi multi kif tmiss il-ligi, imma il-multi jehluhom biss nies bhal Astrid Vella.
Ta’ Baldu huwa post ta’ gmiel liema bhalu u ta’ importanza hekk kbira li l-mepa hasset il-htiega li tippublika dan il-feature f’Gunju ta’ din is-sena. Hemm dikjarat li is-sit huwa protett ghall-importanza kbira tieghu ekologica, xjentifika u archaeologika.
Dan il-feature sabih jaghti informazzjoni dwar wirt kulturali Malti, u sar ghas-spejjes tieghi u tieghek. Ma semmiet xejn il mepa li fil-frattemp kienu qed jintefghu 7 applikazzjonijiet mill-privat ghal-zvilupp hemhekk, go l-istess post. Ma semmiet xejn li hamsa min dawn l-applikazzjonijiet kienu biex jithallew illegalitajiet li diga saru. Ma semmiet xejn li d-DCC diga harget il-permessi ghal-tlieta minnom minkejja li l-case officers , id-direttorat, u sahansitra is-superintendenza tal-Wirt Kulturali irrakkomandaw il-kuntrarju. Komplejna nirrapurtaw illegalitajiet li ghadom qed isiru, u li post protett qed jintuza ghal-skopijiet ta’ okkazzjonijiet socjali tal-massa, bhal tigiet, li ma kienux iddikjarati f’l-applikazzjoni. Issa baqa zewg applikazzjonijiet ohra biex jigu regolarizzati illegalitajiet li saru, u wahda minnom hi biex jinghata permess ghal-rixtellu li diga twahhal, u biex jitwahhlu tnejn ohra. Ghal-liema skop ? biex int u jien ma nithallewx jgawdu wirt kulturali Malti kif irreklamat mil mepa. Ser naccettawh dan?
Ta’ dan ahna ghandna theddida legali ufficjali minghand is-sidien tar-razzett l-antik ta’ Baldu biex ma nkomplux nidhlu hemm, forsi biex ma nikxfux l-isfregju li qed jsir fuq art protetta.
Il-bierah stess staqsejt lic-Chairman ghaliex il-mepa tkompli taghti permessi lil istess nies li ghal hames darbiet ikkommettew atti illegali. Qalli li jekk ma jinghatawx mid-DCC xorta jingabu mill-Bord tal-Appell? Allur ma hemx cans li l-mepa tkun konsistenti u ma tippermettix izjed sanzjonijiet fuq dan is-sit li hi stess dikjarat monument nazzjonali? Sirna li l-monumenti nazzjonali qed jinghalqu ghal-komun u jinfethu biss ghal-privilegg ta’ min jiflah?
Hekk gara fil-kas ta’ Fomm ir-Rih, fejn sinjur iehor qed jaghmel min kollox biex iccahhad lil-Maltin milli jgawdu bajja mil isbah. Fil-frattemp qed jaghmel sfregju min sit skedat Natura 2000, minkejja enforcement orders mill mepa. Imma ghal grazzja ta’ Alla hemm xaqq ta’dawl minhabba l-intervent gust tas-Segretarju Parlamentari Dr Jason Azzopardi.
L-id il-leminija tal-mepa ma tafx x’qed taghmel l-id l-ohra ghax kieku b’liema wicc tista tippubblika monumenti nazzjonali lantijiet li fl-istess hin thallihom ghal-riehom. Il-kas tal-entrenchment wall go San Giljan illum jinsab mhedded li jitghatta ghal kollox jekk mhux jigi meqrud min svilupp li jaghmel parti min Portomaso. Ser tithalla din ir-rejba ta’ zvilupp go San Giljan wara li diga il-progett originali irdoppja fid-densita tieghu? X’ser jibqa ta pregju go San Giljan?
Bl-istess mod, wara li flus il-poplu gew investiti biex monument nazzjonali uniku bhal ma huwa is-sit medjevali tas-Simblija jigi restawrat kif xieraq, u il-mepa irreklamatu prominentament fuq il-media, illum qed jithalla abbandunat. Individwi tal-inhawi li l-interssi taghhom huma egoistici jaqtghu qalb in-nies li jixtiequ izuru il-post. Sinjali pubblici gew imhassra u vandalizzati. Huwa ta’ ghajb li jithallew sinjali bhal dawn. Ingustizzja li barrikadi u klieb ma jhallux lil min irid izur il-post fil-paci.
Irrappurtajna l-mepa dan il-kas gewwa Wied Liemu fejn hitan tas-sejjieh ta’gholi legali qed jigu mizjuda fil-gholi taghhom tant illi l-veduti tal-kampanja inhbew mit-triq. Dan mhux legali, u jekk nibqghu ma nitkellmux dalwaqt nibdew nimxu go kurrituri anke fil-kampanja. Meta ktibna qalulna li l-permess hareg ghal bini tal-hitan, sa gholi ta’ 4 piedi l-fuq mill-ghola post tal-hamrija. Ahna ergajna ktibna li l-gholi huwa hafna l-fuq min hekk. Ma nehduhiex bi kbira jekk jirrispondu li fuq gewwa tal-ghalqa hemm post fejn il-hamrija hija gholja u allura il-livell tal-hajt inzamm fuq dak il-livell! Jekk inhu hekk wiehed jista jitfa munzell hamrija u jghollih kemm irid biex b’hekk il-hajt jew hitan jghollihom kemm irid. Dan mhux ragunat u gust u nibqghu nipprotestawh.
Hekk ukoll mhux ragunat u gust il-fatt li hareg permess ta’zvilupp ta’ Winery fuq zona barra il-limiti ta’ zvilupp go Tas-Salib, limiti tar-Rabat. Hawn tela post enormi ta’ tlett sulari go zona ODZ li hassar is-scenic value tal-lokalita minhabba l-imponenza tieghu. Qed isir tharbit liema bhalu fil-madwar fejn maquis u garigue qed jigu ibbulldozzjati biex jinbnew hitan tas-sejjieh formali u dritti, li ma jsegwu ebda linja naturali tal-madwar. Ma jidher li sar ebda studju kif tal-impatt fuq l-ambjent jew fuq il-viabilita ekonomika tal-progett, fi zmien ta’ llum meta il-vitikultura ghaddejja min krizi ta’ oversupply. Huwa kaz iehor ta’ abbuz ta’ poter u ksur sfaccat tal-ligi tal-pajjiz, imwettqa min Awtorita li suppost thares l-ambjent..
Dawn huma ftit mil-hafna decizjonijiet irrazzjonali u abuzzivi tal-mepa waqt li qed isir studju tar-riforma. Jidhrilna li l-priministru, li hu direttament responsabbli mil-mepa, huwa obligat li jaghti spjegazzjoni taghhom, iwaqqafom u jirrimedjom. Ahna ma ridniex ir-rizenja tal-president tal-PN u xeni ohra biex kollox jibqa l-istess. Nixtiequ li l-ambjent ikun imhares min prattici malizjuzi, u ta’ dawn nistennew rendikont. Mill mepa nixtiequ innehhu il-fama generali li ‘l-huta min rasa tinten’.
No comments:
Post a Comment