Saturday, 6 February 2010

Annual General Meeting Saturday 6th February

The 2010 AGM was held on Saturday 6th February at 10am at The Phoenicia Hotel, Floriana.


Rapport Amministrattiv ghas-sena 2009.

Il-kumitat li gie elett sentejn ilu ltaqa hdax il-darba matul is-sena 2009, u
tnax il darb jekk nghoddu il-laqgha ta’ Jannar ta din is-sena.
Kien kumitat li hadem bis-shih biex jissalvagwardja il-kampanja Maltija u
is-sabih ta’ go fiha. Sfortunatament ma rnexxielu jakkwista xejn affattu.
Laqghat u konferenzi, seduti u inviti kienu bzar fl-ghajnejn u ma ssarfu
f’xejn konkret. Ghalkemm il-kumitat ma naqas xejn fid-dmir tieghu lejn ilmembri,
ghax kif jista jixhed kulhadd l-attivitajiet, il-mixjiet u l-giti
organizzati kienu innovattivi u mzewqin bhal qatt qabel, l-isforzi talezekuttiv
centrali compost mil-President Lino Bugeja, minni Segretarju u l-
PRO Joe Agius ma swew xejn u ghazaqna fl-ilma. L-awtoritajiet ghaddewna
biz-zmien ghax komplew ikasbru il-ligijiet u direttivi li ahna dejjem
insistejna fuqom. It-talba taghna u ta’ siehba ambjentalisti ohra kienet li tigi
osservata il-ligi! Hawn xi pajjiz iehor fl-Ewropa fejn is-socjeta civili
taghmel pressjoni mal-awtoritajiet governattivi biex tigi mharsa il-ligi?
Mhux tal-biki li l-awtoritajiet stess ikasbru bla misthija il-ligijiet u direttivi
taghhom stess? Din hi s-sitwazzjoni li qed nittolleraw f’Malta taghna filwaqt
li naraw din l-art helwa titlef il-hlewwa taghha kolla b’decizzjonijiet qarsa u
ta’ hsara li ma tissewwiex.

Kien kumitat li matul is-sena tilef membri minn hdanu ghal ragunijiet ta’
nuqqas ta’qbil, nuqqas ta’ hin u konflit ta’interess. Dr Louis Vella, Marie
Louise Muscat Azzopardi, Sandro Bugeja, Anne Zammit kienu assi mitlufa.
Pero kienu akkwisti kbar il-membri ko-optjati Sam Grech, Christian
Colombo u Ingram Bondin, u dan ghalix dahlu ghall-impenn b’devozzjoni li
ftit kienu dawk li wrewgha. Sam Grech refa hafna mill-piz tas-Segretarjat u
wera li lest jidhol ghax-xoghol li jkun hemm bzonn, anke ta’ emergency
walks leader. Christian Colombo kien kagun li ntroduca lis-socjeta u lghanijiet
taghha liz-zghazagh u studenti tal-universita. Ingram Bondin
applika it-teknika tas-sengha li qed jipprofessjona fiha biex kompla fit-triq li
hejja JC Sullivan bit-twettiq tal-website taghna. Illum qeghdin posizzjoni
ahjar ghax Ingram f’kuntatt kontinwu u mil vicin biex izomm is-sit
aggornata minnufih bit-tibdil li jkun hemm bzonn u taghrif gdid li jidhol.
Madanakollu ma nistax ma naghtix hajr lil JC Sullivan tax-xoghol bikri
tieghu voluntarju u devot allavolja min post daqshekk imbieghed. Hajr ukoll
lil membri li servew u kellom jirtiraw minhabba pressjoni ta’ xoghol.
Nota ta’ kuragg tirrigwardja in-numru dejjem jikber ta’ membri godda.
Mindu dhalna ghad-difiza tal-wied tal-Bahrija kien hemm numru sostanzjali
ta’ abbonamenti li ma kienx rifless fis-snin ta’ qabel. Dan hu ta’ kuragg u
nitlob li l-kumitat il-gdid isib sistema effettiv ghat-tigdid tal-membership.
Il-laqghat l-aktar ricenti tal-kumitat uxxenti taw hafna hin ghar-revizzjoni
tal-istatut tal-Assocjazzjoni, biex dan jaspira ghac-cirkustanzi u ligijiet
godda taz-zmien. Il-kumitat wasal ghad-decizzjoni li jibghat ghall-iskrutinju
taghkom, l-emendi li jahseb li huma necessari biex ikum hemm tmexxija
ahjar. Nispera li lkoll kemm intom tajtuhom daqqa t’ghajn u nixtieq
nirringrazzja lil-dawk li kitbu lura bis-suggerimenti taghhom, li dawn ukoll
illum ser nikkunsidraw.

Allura nieqaf hawn halli naghtu l-importranza u z-zmien dovuti lil dan laspett
tas-Seduta General tallum, u niehu l-ispunt biex nitlob sospensjoni tal-
Agenda biex nghaddu minnufih ghad-diskussjoni dwar dawn l-amendi.
Nahseb li importanti ukoll li hekk kif jigi approvat l-istatut nghaddu
mozzjoni biex jibdew japplikaw miinufih il-klawsoli kolla tal-istatut kif
imgedded.

Alex Vella
Segretarju
06.02.2010

1 comment:

オテモヤン said...
This comment has been removed by a blog administrator.